Jammetti li qatel lill-ġurnalist Slovakk Jan Kuciak

FILE PHOTO: Miroslav Marcek sits inside the courtroom with other defendants at a preliminary hearing for charges of ordering and carrying out the murders of investigative journalist Jan Kuciak and his fiancee Martina Kusnirova, in Pezinok, Slovakia December 19, 2019. REUTERS/Radovan Stoklasa

Read in English.

L-eks suldat Miroslav Marcek ammetta fil-qorti llum li qatel lill-ġurnalist Slovakk Jan Kuciak u l-għarusa tiegħu, reat kriminali li wassal għar-riżenja tal-Prim Ministru Robert Fico.

Marcek qal lill-Qorti Kriminali Speċjali f’Pezinok, belt fit-Tramuntana ta’ Bratislava, li jaċċetta l-ħtija, ammissjoni li tista’ tnaqqas is-sentenza tiegħu minn possibbiltà li jintbagħat għomru l-ħabs.

Marcek ġie akkużat li spara lill-ġurnalist investigattiv Kuciak li kellu 27 sena, u lill-għarusa tiegħu Martina Kusnirova ġo darhom fi Frar tal-2018.

Qal li hu ħati skont Artiklu 1. Żewġ persuni oħra akkużati, fosthom in-negozjant Marian Kocner, li ordnaw il-qtil, qalu li huma innoċenti. Akkużat ieħor, li skont il-Pulizija għen lil Marcek iwettaq il-qtil, ma qalx hux ħati jew le fis-smigħ tal-lum.

Il-ħames suspettat, Zoltan Andrusko, ammetta f’Diċembru li għadda li għen fil-qtil, u weħel sentenza ta’ 15-il sena ħabs.