Jammetti li pparteċipa f’serqa; ma jeħilx ħabs

Libjan ta’ 28 sena ħareġ bi pleġġ aktar kmieni llum wara li ammetta li pparteċipa f’serqa f’appartament. Dan il-każ imur lura għall-2016.

Huwa kien akkużat li seraq ġojjellerija u flus minn appartament fl-Imsida, li jilħqu l-valur ta’ aktar minn €2,329.37.

Għalkemm ammetta li kien ħati u li kien parteċipi fis-serqa, qal li ma kien seraq xejn.

Il-Qorti aċċettat it-talba ta’ ħelsien mill-arrest iżda ordnat lill-Libjan jiffirma fl-għassa ta’ Birżebbuġia kuljum u jħallas €2,000 fuq garanzija personali, kif ukoll irodd il-passaport u l-karta tal-identità lill-qorti.