Jammetti li ma ddikkjarax 168kg tabakk u 10,000 sigarett

Raġel ta’ 43 sena ammetta fil-Qorti li ma ddikkjarax 168kg tabakk tax-xixa u 10,000 sigarett meta daħal b’bastiment minn Tripli.
Il-kaptan ta’ MV Shada, Jamal Saleh Sabai, sostna li kien “żball ġenwin”.
Hu stmat li l-valur tal-konsenja hu ta’ madwar €16,000, li jinkludu madwar €5,200 dazju u kważi €3,500 VAT.
Il-Qorti semgħet kif hu jista’ jkollu jħallas multa ta’ €47,000, li hu ekwivalenti għal tliet darbiet il-valur tal-oġġetti maqbuda.
Sabai ngħata libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €30,000.