Jammetti li kkawża mewt ta’ raġel f’inċident tat-traffiku

qorti bla permess familja

Read in English.

Żagħżugħ b’kondotta nadifa ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li kkaġuna l-mewt ta’ raġel f’inċident tat-traffiku f’Ħal-Luqa. Ayrton D’Amato Quintano, li dak iż-żmien kellu 19-il sena, kien qed itellaq illegalment fil-viċinanzi tal-Għammieri kontra sieħbu. Huwa baqa’ dieħel f’vann pick-up li kien misjuq minn Filomeno Bonavia. Huwa kkanġuna l-mewt ta’ Bonavia, hekk kif dan tar mill-vann u miet fuq il-post. Il-każ seħħ f’Settembru tal-2013.

D’Amato Quintano ġie akkużat b’omiċidju involontarju, li kien qed issuq bl-addoċċ u b’veloċità eċċessiva. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera semgħet kif l-akkużat kellu kondota nadifa, ikkopera mal-Pulizija u kien għadu żgħir meta seħħ l-inċident. Il-Probation Officer issuggerixxa biex iż-żagħżugħ ikompli għaddej b’ħajtu kif ukoll biex jingħata għajnuna professjonali minħabba t-trawma li sofra. Huwa ġie kkundanat għal sena ħabs sospiża għal sentejn. Huwa tpoġġa taħt ordni ta’ superviżjoni u multa ta’ €2,000. Kif ukoll kellu l-liċenzja tiegħu sospiża għal sena.