Jammetti li kellu fil-pussess 20kg kannabis

Raġel Taljan li nqabad b’pussess ta’ 20kg kannabis ametta għall-akkużi miġjuba kontrih mill-Qorti Maltija. Hu ġie akkużat li kellu fil-pusses sustanza illegali u li kellu l-intenzjoni li jitrraffikaha. Huwa wasal Malta nhar il-Ġimgħa permezz tal-katamaran minn Sqallija u ġie arrestat hekk kif instabulu 20kg kannabis mqassma 34 pakkett fil-karozza.

L-Avukat difensur talab biex l-akkużat jiskonta s-sentenza fl-Italja, iżda l-qorti qalet li d-deċiżjoni trid tittieħed minn qorti superjuri minħabba l-gravita tal-każ. Il-qorti kkonfiskatlu l-kannabis li kellu fil-pussess u ordnatlu jħallas multa ta’ kważi €14,000.