Jammetti li ffroda lill-BOV €5,000

Barrani ta’ 37 sena nstab ħati li għamel qligħ b’qerq ta’ aktar minn €5,000 b’dannu għall-Bank of Valletta. 
B’rabta ma’ dan il-każ il-Qorti fetħet b’urġenza nhar l-Għid il-Kbir.
Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, ir-raġel ammetta l-akkużi li nġiebu kontrih, fost l-oħrajn li assoċja ruħu ma’ xi persuna jew bil-għan li jwettaq reat, li ffroda lil BOV, li għamel użu minn skrittura falza u li uża password biex jakkwista aċċess mingħajr awtorizzazzjoni.
Il-Qorti ddeċidiet li l-identità tar-raġel ma tkunx pubblika.
Is-sentenza se tingħata fl-24 ta’April u se jinżamm taħt arrest preventiv.