Jammetti li bagħbas l-ismart meters

Tekniku li kien jaħdem l-Enemalta weħel sentejn u nofs priġunerija u multa ta’ €10,000 b’rabta mal-każ ta’ smart metres li kienu mbagħabsa.
Richard Gauci ta’ 48 sena mir-Rabat wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih minkejja li għadha għaddejja l-kompilazzjoni tal-każ.
Hu xehed li aċċetta tixħim biex jinstalla l-metres, u li għamel madwar €1,200 minn fuq kull wieħed.
Il-każ se jkompli jinstema, b’aktar impjegati tal-Enemalta b’rabta mal-istess każ.