Jammetti għall-qtil imma mhux għad-delitt tas-sieħba tiegħu

L-eks-għarus ta’ studenta Universitarja li nstabet mejta f’parkeġġ ta’ ħanut tax-xiri f’Kent ammetta li qatilha imma ċaħad li hu responsabbli għad-delitt tagħha.
Joshua Stimpson ta’ 26 sena qal fil-Qorti Ingliża li mhux ħati għall-akkuża ta’ delitta tal-eks-sieġba tiegħu Molly McLaren li nsabet mejta fil-karozza tagħha riżultat ta’ diversi ġrieħi b’sikkina.
Il-Qorti semgħet kif għalkemm hu qed jiċħad l-akkuża ta’ delitt, madanakollu hu beħsiebu jammetti għall-akkuża ta’ moħqrija f’Jannar li ġej.
Stimpson daħal jibki fil-Qorti, eskortat minn tliet uffiċjali tas-sigurtà u tliet uffiċjali oħra minn unit psikjatriku fejn qed jinżamm bħalissa.
Fil-Qorti hu tkellem biss biex ikkonferma x’jismu, id-data tat-twelid, in-nazzjonalità tiegħu u fl-aħħar biex ċaħad l-akkuża tad-delitt ta’ Molly.
Molly, ta’ 23 sena, sofriet minn diversi ġrieħi u daqqiet b’arma ppuntata f’sidirha, għonqha, u griżmejha waqt l-attakk li seħħ fid-29 ta’ Ġunju li għadda.
L-avukat ta’ Stimpson sostna li l-klijent tiegħu qed isostni li mhuwiex responsabbli għad-delitt ta’ Molly, imma jammetti kien responsabbli għal moħqrija u li hi mietet kaġun tal-istess azzjoni.
Skont il-profil fuq Facebook ta’ Stimpson, hu u Molly kienu f’relazzjoni flimkien sal-aħħar ta’ Diċembru tas-sena l-oħra, madanakollu meta sar id-delitt fuq il-profil ta’ Molly kien hemm imniżżel li kienet single.
Stimpson qed jinżamm arrestat sakemm il-każ ikompli jinstema’ f’Jannar li ġej.