Jamie Murray jirnexxielu jirbaħ lil ħuh Andy fid-doubles ta’ Cincinnati

Andy Murray se jkun qed ipoġġi l-attenzjoni tiegħu lura għal-logħob tas-singles wara li tilef kontra ħuh il-kbir Jamie Murray waqt il-kwarti tal-finali taċ-Cincinnati Masters.

Fit-tieni laqgħa tal-aħwa Skoċċiżi, Jamie Murray u Neal Skupski irnexxielhom jirbħu lil Andy Murray u Feliciano Lopez bl-iskor ta’ 6-7 (5-7) 7-5 10-4. Murray u Skupski issa se jkunu qed jilgħabu kontra Ivan Dodig u Filip Polasek fis-semi finali.

Andy Murray qal li għalkemm ma rnexxilhomx jirbħu l-logħba, ħa gost li tal-inqas irnexxielu jgħaddi ħuh għar-rawnd li jmiss.