Jamie Lee Curtis: “Ili ħielsa mid-drogi 20 sena”

Jamie Lee Curtis, bint l-attur Tony Curtis, din il-ġimgħa stqarret kemm kienet ivvizzjata bid-drogi u li issa ilha mal-20 sena nadifa minnhom. L-attriċi, li għandha 60 sena, kienet intervistata mill-magażin Variety u qalet kif xewqitha għall-kirurġija plastika wasslitha biex tiħrax aktar il-ġibda tagħha għall-użu tad-drogi.

Kollox għaliha beda meta waqt filming ta’ xena fil-qorti l-kamermen qalilha li kellha għajnejha minfuħa qisha ma kinitx raqdet. Fil-fatt għajnejha dejjem kienu hekk. Dan ġabha konxja kif jaraha ħaddieħor u għamlet intervent mediku biex tneħħi n-nefħa u bdiet tieħu mediċina kontra l-uġigħ.

Minn mediċina għaddiet għad-drogi u maż-żmien ma kenitx tgħaddi mingħajrhom. Ġara li anki missierha Tony Curtis kien maqbud bil-vizzju tad-drogi u kienu jeħduhom flimkien. Iżda rnexxielha taqtagħhom u issa ilha nadifa minnhom għal 20 sena. Jamie Lee Curtis temmen li trid determinazzjoni kbira biex tagħmel hekk.

Jamie Lee Curtis ma’ missierha Tony Curtis

Hi tistqarr li għandek tgħid hekk: “Din hi dik li jiena, dan li rrid nagħmel u se nipprova nieqaf. Għalija li ngħid li ħajti issa hi aħjar ifisser li jien kapaċi nikkontrollaha. Qed ngħid hekk bħala figura pubblika biex naċċetta r-realtà ta’ ħajti. Fejn trid se ssib bla ħlas il-mod ta’ kif teħles mid-drogi. Importanti li tkun tixtieq tagħmel hekk. Appena tixtieqha jkun hemm miljuni oħra ta’ nies li jkunu lesti jagħtuk daqqa t’id.”

L-akbar test għaliha kontra l-użu tad-drogi kienet li waqt l-iffilmjar tal-film Halloween kisret xi kustilji u kellha tieħu mediċina kontra l-uġigħ minkejja l-ġlieda tagħha kontra d-drogi. Din il-mediċina li tawha kien fiha tip ta’ droga li kienet imġenna għaliha. Iżda b’kontroll kbir fuqha qatt ma ħadet minnha aktar milli kienet preskritta li tieħu. Kulħadd kien jaf li setgħet terġa’ taqa’ għall-vizzju minħabba fiha imma l-attriċi żammet sod.

Jamie Lee Curtis f’xena mill-film Halloween li ħareġ is-sena li għaddiet

Fl-2002 f’intervista Jamie Lee Curtiss qalet li hi kienet lesta tieqaf toħodha kontra l-vizzju tad-drogi li kien ħakimha ukienet lesta taffaċċja “id-demonji tagħha”. Hekk għamlet. U rebħitilhom.