James Piscopo jilħaq Chairman tal-ARMS Ltd

Read in English.

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, James Piscopo, inħatar ukoll bħala Chairman ta’ ARMS Ltd, l-entità li tamministra l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Fi stqarrija, il-PN qal li Piscopo wieħed mill-imħuħ wara l-islogan Malta Tagħna Lkoll qed jitfa’ f’butu eluf ta’ ewro tal-kontribwenti Maltin u dan għax hu wieħed minn ta’ ġewwa tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-PN kompla jgħid li ftit tal-jiem ilu, l-istess Piscopo ingħata libera ta’ kif jopera fl-Lands Authority. L-istqarrija ttemm tgħid li l-pajjiż spiċċa minn Malta Tagħna Lkoll għal Kollox lil tal-Qalba.