James Bond fl-ewwel ritratt ma’ 007 mara!

Ritratt: Gilbert Bellamy

L-aħbar li nħarġet f’dawn l-aħħar jiem ġabet magħha reazzjonijeit imħallta hekk kif mhux kulħadd qiegħed jaċċetta l-fatt li l-aġent sigriet 007 se jsir mara.

Dan se jseħħ fil-25 film mis-sensiela ta’ films ta’ James Bond, li se jkun l-aħħar wieħed tal-attur Daniel Craig.

Fil-film Bond huwa rtirat però jridu jibgħatuh fuq missjoni oħra u għalhekk iqabbdu lill-aġent sigriet ġdid 007 biex tmur issibu. Ikun hawn li fil-film tidħol għall-ewwel darba Lashana Lynch, l-attriċi Ingliża li rajniha fil-film Captain Marvel.

Kif se tiżvolġi l-istorja għadu mhux magħruf madanakollu jkun M interpretat minn Ralph Fiennes li se jkollu l-ewwel xena magħha.

Li hu magħruf hu li James Bond u l-aġent sigriet li issa tingħata t-titlu ta’ 007 se jkollhom bosta xeni flimkien.

Hemm min qed jgħid li huwa biss għal dan il-film li se nkunu qed naraw lil Lynch bħala 007 għax fil-film li jiġi aktar il-quddiem, se jkun hemm attur maskili ieħor bħala James Bond, u diversi rapporti jgħidu li huwa l-attur Skoċċiż ta’ 33 sena li se jkun qed jidħol fil-karattru ta’ James Bond.

Kif se tiżvolġi l-istorja ta’ 007 mara u kif se jispiċċa l-karattru tagħha fil-film il-ġdid inkunu nafu f’April li ġej meta l-film jinħareġ fiċ-ċinema.

Hi x’inhi l-istorja, minkejja r-reazzjonijiet imħallta, l-aħbar li se jkun hemm 007 mara ħolqot ħafna interess u pubbliċità, anki jekk forsi mhux kulħadd fehem li 007 huwa n-numru li jingħata lill-aġent sigriet u li James Bond bħala karattru se jibqa’ raġel!

AQRA: Se jkollna l-ewwel 007 mara? Ara min tista’ tkun

AQRA: Prince Charles iżur is-sett tal-film il-ġdid ta’ 007