“Jalla l-Mulej ibierek iż-żwieġ u l-familja tagħna” – Eleanor

Jum speċjali għall-kantanta Eleanor Callar li proprju llum, is-7 ta’ Ġunju, qed tiċċelebra id-9 anniversarju mindu żżewġet lill-mużiċist Carl Matthew Camilleri. It-tieġ kien sar fl-2011.

F’messaġġ fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, Eleanor kitbet messaġġ ħelu u qasir, “Jalla l-Mulej ibierek iż-żwieġ u l-familja tagħna”.

Il-koppja għandhom żewġ ulied, Krista Maraya u Benjamin Rocco.

Awguri Carl u Eleanor!