Jakkwistaw €2.5 miljun minn 359 immigrant li tħallew abbandunati

Il-Pulizija Taljana temmen li t-traffikanti akkwistaw is-somma ta’ €2.5 miljun minn 359 immigrant irregolari li nstabu abbandunati fuq bastiment f’nofs il-Mediterran.
Il-bastiment Ezadeen iddaħħal fil-port Taljan ta’ Corigliano Calabro tard il-Ġimgħa filgħaxija.
Dawk abbord kienu kollha Sirjani, bil-Pulizija Taljana qalet li kull immigrant abbord il-bastiment kien ħallas bejn 4,000 u 8,000 dollaru Amerikan.
Uffiċjali qalu li t-traffikanti libsu barnuża filwaqt li sakru l-immigranti fuq il-bastiment qabel ma ħarbu permezz ta’ dgħajsa tas-salvataġġ.
Hu mifhum li matul is-sena li għaddiet mat-3,500 immigrant tilfu ħajjithom fil-baħar Mediterran filwaqt li mal-200,000 oħra kienu salvati.