Jakkuża liċ-Ċermen tal-Enemalta li ħa l-liġi b’idejh

Il-Qorti se tiddeċiedi jekk il-Kummissarju tal-Pulizija għandux iħarrek liċ-Ċermen tal-Enemalta li ħa l-liġi b’idejh.
Il-każ jikkonċerna lment li raġel għamel mal-Qorti fejn qed isostni li l-Enemalta ħadet il-liġi b’idejha meta qatgħatlu s-servizz tal-elettriku.
Fil-Qorti ntqal li fl-2010, ir-raġel kien bagħbas il-meter tad-dawl u kien ftiehem mal-Enemalta li jħallas multa.
Ġara li meta r-raġel ma ħallasx din il-multa nqatalgħu s-servizz tal-elettriku.
L-avukat tar-raġel enfasizza li ċ-Ċermen tal-Enemalta agħmel użu minn poter li kien qed jassumi li għandu.
Fil-Qorti ntqal ukoll li l-Enemalta qatt ma spjegat il-kont lir-raġel u li qatt ma kienet qed tfittxu għas-somma li ġiet iddikjarata.
Il-każ se jkompli fil-Qorti.