Jake Vella jgħum biex jgħin l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati

FB: Fabio Spiteri

Jake Vella flimkien ma’ Fabio Spiteri kif ukoll grupp ta’ għawwiema oħra qabżu jgħumu mill-Gżejjer ta’ San Pawl sal-bajja ta’ San Pawl. B’kollox kienet għawma ta’ 1.7km. Jake sar l-ewwel tifel li qatt għam din id-distanza mill-gżejjer sal-bajja.

Jake kellu f’moħħu li jgħin lill-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati li qegħda tant għal-qalbu. Apparti dan, Jake kellu sfida personali li ried jagħmel l-għawma f’siegħa u kwart u kif ukoll wera kemm hu importanti l-isport fil-ħajja.

Fabio Spiteri faħħar lil Jake u rringrazzja lil kulmin għen biex din il-ħolma ta’ Jake issir realtà. Fuq Facebook Spiteri qal li s’issa inġabru madwar €3000. Hu appella għal aktar donazzjonijiet. Tista tgħin billi tibgħat messsaġġ vojt fuq in-numri li ġejjin:

5061 7350 għal donazzjoni ta’ € 2.33

5061 8060 għal donazzjoni ta’ € 4.66

5061 8910 għal donazzjoni ta’ € 6.99

5061 9200 għal donazzjoni ta’ € 11.65