Jaħtfilha l-mowbajl minn idha; jibqa’ arrestat

Raġel mill-Ghana ma ngħatax ħelsien mill-arrest wara li qal li mhux ħati li pprova jaħtaf mowbajl minn id tfajla fuq l-istejġ tal-karozza tal-linja.

L-akkużat ta’ 32 sena li joqgħod f’Birżebbuġa tressaq il-Qorti llum wara li nqabad jipprova jisraq il-mowbajl Samsung Galaxy S6.

L-avukat tiegħu argumenta li mhux ġust li jeħel il-ħabs fuq mowbajl, iżda l-Qorti ma ggarantitlux ħelsien mill-arrest peress li m’għandux indirizz fiss.