Jaħtaf biċċa art fl-Afrika biex bintu ssir Prinċipessa

Jeremiah Heaton, li jgħix fil-Virġinja fl-Istati Uniti mexa tul id-deżert bejn l-Eġittu u s-Sudan sabiex jagħmel tiegħu medda art li qatt ma ġiet irrikonoxxuta minħabba kwistjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.
Dawn l-inħawi huma magħrufa bħala Bir Tawil u jinsabu qrib żona bil-muntanji fejn ma jgħix ħadd.
Heaton għamel 14-il siegħa miexi fid-deżert sabiex sab din iż-żona li hija kbira ftit aktar minn 2,000 kilometru kwadru.
Huwa għamel hekk għaliex ried li jżomm kelmtu ma' bintu meta din staqsietu jekk hix se ssir Prinċipessa meta tikber.
F'Bir Tawil, Heaton poġġa bandiera li tpinġiet minn grupp ta' tfal.
Ix-xahar li għadda huwa ngħata l-permess mill-Awtoritajiet Eġizzjani biex imur fuq il-post u jpoġġi din il-bandiera.
Huwa semma dan il-post, ir-Renju tas-Sudan ta' Fuq.
Esperti internazzjonali qed isostnu li dan il-ġest, li poġġa l-bandiera, huwa biżżejjed biex Heaton ħataf il-kontroll ta' Bir Tawil.
Mal-wasla tiegħu fl-Istati Uniti, Heaton beda jsejjaħ lil bintu Emily, li għandha seba' snin bħala l-Prinċipessa Emily tar-Renju tas-Sudan ta' Fuq.