Jaħrab żiemel u jidħol f’żewġ karozzi

Żiemel ħarab waqt tiġrija taż-żwiemel fix-Xewkija u daħal f’żewġ karozzi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fi Triq l-Imġarr.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, iż-żewġ karozzi ġarrbu xi ħsarat, madanakollu ħadd ma weġġa’.
Infurmati wkoll li ż-żiemel inqabad mill-pulizija tat-traffiku fit-triq tal-Qala. Madanakollu ġarrab ġrieħi gravi u kellu jitraqqad.