Jaħrab żiemel fil-Marsa; Mara tqila l-isptar

Mara tqila ddaħlet l-isptar wara li żiemel ħarab fl-akwati tal-istabbilliment Pavi f'Ħal Qormi.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, iż-żiemel ħarab mill-korsa tal-Marsa u baqa' dieħel fil-vettura li fiha kien hemm il-mara tqila.
Iż-żiemel miet mal-ħabta fi Triq il-Korsa, il-Marsa.
Mhux magħruf jekk il-mara weġġgħetx jew ittiħditx l-isptar bħala prekawzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:10.
Id-dettalji kif jaslulna.