Jaħrab żiemel ieħor

B’xorti tajba ħarba oħra ta’ żiemel ma kellha l-ebda konsegwenzi koroh.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta' 4:15pm.
Hu mifhum li ż-żiemel ħarab mill-Marsa wara li sfratta mill-istalla tiegħu stess.  
Aktar tard hu nqabad fi Blata l-Bajda minn raġel li kien qed isegwih.
Ħadd ma wegga’ waqt l-incident u lanqas ġew ikkawżati danni fuq xi vetturi.  
Aktar kmieni dan ix-xahar żewġ inċidenti separati f'Ħ'Attard u fil-Gżira kellhom konsegwenzi ferm differenti hekk kif id-darbtejn miet iż-żiemel ikkonċernat.

RITRATT: Arkivji