Jaħrab minn date u jħalliha bil-kont; jgħajjarha ħoxna

Tfajla li ħarġet ma’ raġel għall-ewwel darba qalet fuq Twitter kif ir-raġel telaq mid-date tagħhom u ħalliha bil-kont. Mhux talli hekk, talli x’ħin kiel ħarab mill-bar bagħtilha messaġġ jgħajjarha ħoxna.

Fuq Twitter it-tfajla rrakkuntat kif kienet iltaqgħet mar-raġel ta’ 38 sena u li għandu t-tfal fuq app jisimha Bumble.  Spjegat li ftehmu biex jiltaqgħu f’bar f’Kalifornja. Madanakollu sostniet li din il-ħarġa mill-ewwel bdiet bid-dnewwa.

Irrakkuntat kif sakemm waslu l-bar ir=raġel tkellem biss dwar dates oħra li kellu li kienu marru ħażin u beda jgħid li tfajliet li huma iżgħar għandhom aspettattivi wisq kbar mill-irġiel. Qalet li kien arroganti mat-tfajla li qdiethom fil-bar għax ma marritx tieħu l-ordni tagħhom mill-ewwel, tant li waddab il-menu mal-art.

It-tfajla kompliet tirrakkonta kif wara li xorob tliet tazzi birra u kiel dawra laħam ġmielha mar sal-kamra l-baxxa u kien hemm li ħarab mill-bar u bagħtilha l-messaġġ. Spjegat li minn hemm iddeċidiet li tirrapurtah lill-app, liema rapport wassal sabiex iħassrulu l-profil tiegħu.