Aġġornata: Jaħrab għoġol f’Għawdex; raġel gravi; jissejħu s-suldati u l-pulizija

Read in English.

Issejħet l-għajnuna tal-pulizija u tal-Forzi Armati ta’ Malta wara li għoġol li fferoċja ħarab fir-Rabat Għawdex. Sidu ndarab b’mod gravi fl-inċident.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ għat-3.30pm fi Triq P. Portelli. Jidher li l-għoġol ifferoċja u ħarab waqt li kien qed jitgħabba fuq trakk. Iż-żona madwar l-għoġol ddawret mill-Pulizija. Jista’ jkun li jinqatel mill-AFM.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq Dun Pawl Micallef fir-Rabat Għawdex. Qalet li sid l-għoġol, raġel ta’ 58 sena residenti s-Sannat, weġġa’ gravi. Hu ttieħed l-isptar ta’ Għawdex.