​Jaħmu għal 3 ijiem biex jgħinu lit-tfal fil-Filippini

Grupp ta’ voluntiera qed jorganizzaw attività ta’ tlett ijiem biex mill-qligħ li jagħmlu minn bejgħ ta’ kejkijiet, cupcakes u cookies, jgħinu lil tfal fil-Filippini.
L-attività se ssir bejn it-8 u l-10 ta’ Diċembru fi stabbilimenti kummerċjali fir-Rabat Għawdex.
Minbarra t-togħma tajba, se jsiru workshops tad-drums minn Peter Paul Galea ta’ Tribali, kif ukoll xalata għat-tfal b’face painting, rokna għall-krafts u ritratti ma’ Santa Klaws.
Wieħed jista’ jipparteċipa wkoll f’lotterija biċ-ċans li jirbaħ weekend breaks, hampers, pittura oriġinali u trattamenti fi spa fost l-oħrajn.
Il-voluntiera qed jgħinu lis-saċerdot Fr Joseph Cremona mill-Missjunarji ta’ San Pawl, li bena faċilitajiet għall-villaġġ rurali ta’ Bataan, fejn il-bżonnijiet bażiċi huma limitati waqt li l-problemi tal-abbuż mid-droga, abbuż tat-tfal u problemi soċjali qed ikomplu jikbru.
Fit-8 ta’ Diċembru
Bejn id-9.30am u s-1.30pm: The Duke Shopping Complex
Fid-9 ta’ Diċembru
Bejn id-9.30am u s-1.30pm: Tiġrija Palazz Shopping Complex
Bejn il-5pm u t-8pm: Pjazza San Ġorġ
Fl-10 ta’ Diċembru
Bejn id-9am u s-1pm: Arkadia Shopping Complex