Filmat: Jaħkmuha n-nervi waqt X Factor

Counting Stars ta’ One Republic hija l-kanzunetta li qed jikkompetu biha Dayle Camilleri, Jozi u Benjamin Attard.

Għalkemm qed narawhom flimkien, it-tliet parteċipanti xorta se jkunu qed jikkompetu kontra xulxin. Jidhru li impressjonaw u għaddew għall-fażi li jmiss.

Grupp ieħor: Maria Attard, Nedved Galea u Francesca Busuttil qed jikkompetu b’The Show Must Go On.

Skont Alexandra, Francesca nħakmet minn nervi u għalhekk il-parteċipazzjoni tagħha fil-kompetizzjoni għadha dubjuża. 

Il-vjaġġ għal Nedved u Maria jkompli.