Jaħfru lil xulxin wara l-argument f’Pembroke

Iż-żewġ aħwa li kienu involuti f’argument f’appartament f’Pembroke lbieraħ, tpoġġew taħt probation wara li ammettew li ħebbew għal xulxin id-dar stess.
It-tnejn li huma spiċċaw l-Isptar Mater Dei fejn ingħataw kura għall-ġrieħi ħfief li ġarrbu. Wieħed mill-aħwa sofra ġrieħi f’koxxtu b’daqqa ta’ sikkina.
Fil-Qorti, l-aħwa, wieħed ta’ 28 sena u l-ieħor ta’ 21 sena qalu li ħafru lil xulxin.
L-iżgħar mill-aħwa ġie akkużat ukoll li kellu munizzjon mingħajr liċenzja u ngħata multa ta’ €770 u ngħata probation ta’ sentejn. Ħuh tpoġġa taħt probation ta’ sena.

Ritratt: Media Police