Jaħfer lil dak li tah xebgħa fl-ewwel tas-sena

Raġel li spiċċa qalgħa xebgħa mingħand raġel ieħor fl-ewwel jum tas-sena ħafer lill-aggressur tiegħu. L-aggressur tressaq il-Qorti llum fejn wieħed ħati li darba gravi lil raġel ieħor waqt ġlieda fil-Fgura.

Mohamed Omare Bare ta’ 25 sena mis-Somalja spiċċa daħal fi ġlieda ma’ raġel Somalu ieħor li qabel kien joqgħod fl-istess appartament miegħu.

Intant il-Maġistrat Francesco Depasquale sab lill-akkużat ħati, iżda minħabba li r-raġel li ndarab ma xtaqx ikompli jfittex lill-akkużat bil-Qorti, ikkundannah għal sena ħabs sospiżi għal tliet snin. Il-Qorti talbet ukoll sabiex Bare ma jagħmilx kuntatt mar-raġel l-ieħor għal żmien sena.