Jaħdem biss vapur wieħed għal xi ħin

Ħsara fir-rampa tal-vapur Ta’ Pinu wasslet biex baqgħu jiżdiedu l-kjuwiet twal li bdew jinġemgħu fiċ-Ċirkewwa.
Persuni li kienu qed jistennew il-vapur qalu ma’ Newsbook.com.mt iddeskrivew is-sitwazzjoni bħala kaotika, hekk kif ħafna huma dawk li rħewlha għal Għawdex għal din it-tmiem il-ġimgħa.
Ma’ Newsbook.com.mt, iċ-Ċermen tal-Gozo Channel Joe Cordina stqarr li l-ħsara kienet fiċ-ċilindru tar-rampa, li ssewwiet fuq il-post.
Is-servizz reġa’ lura għan-normal għall-ħabta tat-3pm.
Fuq il-mezzi soċjali, kien hemm min ilmenta li vapur ieħor, Gaudos, sorġa fiċ-Ċirkewwa, iżda għabba biss 15-il trakk tal-merkanzija.  Għaldaqstant, is-servizz tat-trasport bejn Malta u Għawdex  għal xi ħin kien qed isir b’vapur wieħed, bil-Malita.