Jaħbtu żewġ vetturi u jidħlu fi tnejn oħra pparkjati

Żewġ sewwieqa ddaħħlu l-isptar wara ħabta fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta li fiha kienu nvoluti erba’ vetturi.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-ewwel ma seħħ kienet ħabta bejn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Mellieħa u vann misjuqa minn raġel ta’ 50 sena minn San Ġwann.
Mal-impatt, kemm il-vann u anke l-karozza daħlu f’żewġ vetturi oħra li kienu pparkjati.
L-erba’ karozzi ġarrbu ħsarat estensivi.
Aktar tard iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi filwaqt li s-sewwieq tal-vann sofra ġrieħi ħfief.