Jaħbtu 2 cruise liners fil-Messiku

Carnival Glory cruise ship crashes into Carnival Legend at Cozumel cruise port, Mexico December 20, 2019 in this still image taken from a video obtained from social media. Matthew Bruin via REUTERS

Read in English.

Żewġ cruise liners ħabtu lbieraħ fil-port tar-resort tal-Kribew fil-Messiku, Cozumel. Il-ħabta farrket il-poppa ta’ bastiment minnhom u ħalliet lill-passiġġieri xxukkjati bil-ħoss enormi li għamel l-impatt.

Jidher li persuna waħda indarbet ħafif waqt li kienet qed tiġi evakwata l-kamra tal-ikel fuq il-cruise liner massiv bl-isem ta’ Carnival Glory. Skont passiġġier, l-inċident seħħ f’ħin fejn il-baħar kien xi ftit imqalleb.

“Carnival Glory kien qed isuq lejn il-port sabiex jirmonka meta ħabat ma’ Carnival Legend, li kien jinsab maġenbu.” Skont il-kumpanija li topera ż-żewġ cruise liners, Carnival, id-dannu li għandhom dawn iż-żewġ cruise liners mhux se jħalli impatti fuq il-valur tagħhom.

Skont il-protezzjoni ċivili ta’ Cozumel, l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am.

Jordan Moseley, li kien wieħed mill-passiġġiera fuq Carnival Legend spjega li hu kien qed jiekol il-kolazzjon fuq il-bastiment li kien irmunkat fil-port, Carnival Legend. Qal li mbagħad ħassew il-cruise liner jixxengel bħal bandla sakemm reġa’ ġie f’postu. Qal li ftit wara, id-direttur tal-cruise spjega li kien hemm ħabta.