Aġġornata: Gravi r-raġel li lbieraħ segwewh il-Pulizija sakemm ħabat

Raġel ta' 41 sena residenti Tal-Pietà weġġa' gravi wara li baqa' dieħel f'karozza bil-mutur li kien qed isuq, u li bih kien qed jaħrab mill-Pulizija li bdew isegwuh.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.30pm, xħin pulizija mir-Rapid Intervention Unit kienu qed isegwu lir-raġel li ħarab minnhom b'mutur.
Minn informazzjoni li kisbet il-Pulizija minn fuq il-post tal-inċident, jidher li l-Pulizija qabdet issegwi lir-raġel għax kien qed jaġixxi b'mos suspettuż.
Huwa deher jarmi borża tal-plastik li kien fiha sustanzi allegatament droga u flus kontanti.
Aktar tard il-Pulizija sabet aktar flus kontanti u boroż tal-plastik f'basket li kien għand ir-raġel.