Jaħbat u jweġġa’ gravi bil-karozza fir-Rabat

Raġel ta’ 47 sena minn Ħaż-Żebbuġ weġġa’ gravi wara li ħabat bil-karozza tiegħu ma’ karozza oħra fir-Rabat.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla fir-Rabat.

Il-Pulizija kkonfermaw dan l-inċident u qalu li r-raġel ħabat ma’ karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 41 sena miż-Żurrieq.

Ir-raġel ta’ 47 sena ttieħed l-isptar Mater Dei fejn qed jirċievi l-kura meħtieġa.