Aġġornata (2): Jaħbat rasu ma’ skrun ta’ dgħajsa u jmut f’Ħondoq ir-Rummien

Ingliż ta’ 76 sena residenti x-Xagħra, Għawdex tilef ħajtu f'Ħondoq ir-Rummien.
Newsbook.com.mt kien infurmat li r-raġel iddaħħal fil-bajja għall-ħabta tal-12pm, wara li ntlaqat minn skrun ta' dgħajsa.
Malli sid id-dgħasja, ġuvni ta’ 19-il sena residenti n-Nadur, Għawdex, induna b’dak li ġara tella’ lill-vittma fuq id-dgħajsa u ħadu fuq il-bajja fejn ingħata l-ewwel għajnuna minn membri tal-ERRC u ttieħed immedjatament l-isptar permezz t’ambulanza. 
Bil-każ ġie nfurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr P. Coppini LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.