Jaħbat f’siġar f’Bormla; Iweġġa’ gravi

Raġel weġġa’ gravi wara li għal xi raġuni ħabat f’xi siġar waqt li kien qed isuq karozza f’Bormla.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fil-11.15pm fi Triq San Nikola. Ir-raġel ta’ 44 sena li joqgħod Marsaskala tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u għal din ir-raġuni baqa’ dieħel ġo xi siġar.

Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post sabiex jassistu. Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.