Jaħbat f’karozzi pparkjati fin-Naxxar

Ħabta bejn żewġ karozzi waslet sabiex waħda minnhom taħbat ma’ żewġ karozzi oħra li kienu pparkjati fin-Naxxar.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq Andrea Debono. Il-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 31 sena min-Naxxar li ma sofriet l-ebda ġrieħi u karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 24 sena minn Birkirkara. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief.

Qarib ta’ sid waħda mill-karozzi pparkjati kkuntattja lil Newsbook.com.mt jgħid li kull ma kien hemm involuta fl-inċident kienet karozza misjuqa mir-raġel ta’ 24 sena li baqa’ dieħel fil-karozzi pparkjati.