Jaħbat f’arblu fi Triq Aldo Moro; xi karreġġjati magħluqin

Xi karreġġjati fi Triq Aldo Moro kellhom jingħalqu wara li żagħżugħ tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u daħal f’arblu.

Dan ikkonfermah kelliem għall-Pulizija ma’ Newsbook.com.mt li spjega li l-inċident seħħ fil-Marsa fis-7.22am fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta. Dan wassal biex ikollhom jingħalqu għat-traffiku żewġ karreġġjati.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena minn Ħal Kirkop jidher li kien involut fl-inċident waħdu. Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza u tim mediku u l-Pulizija tad-Distrett. Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti.

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu għaddejjin b’ħidma sabiex it-triq titnaddaf miż-żjut li ħarġu mill-karozza kawża tal-inċident.

Motorists are advised to proceed with caution in Aldo Moro road, direction towards Valletta.Two lanes of the mentioned road will be temporarily unavailable due to a traffic accident.

Posted by The Malta Police Force on Sunday, July 26, 2020