Aġġornata: Jinstab is-sewwieq li ħabat f’żewġ karozzi u ħarab

Newsbook.com.mt hu nfurmat li s-sewwieq li ħabat f'żewġ karozzi f'Ħal Qormi, u baqa' sejjer instab. Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Aktar kmieni:
Bħalissa l-pulizija għaddejja bi tfittxija għal sewwieq li baqa’ dieħel f'żewġ karozzi u ħarab. B’konsegwenza ta’ dan, waħda mill-karozzi nvoluti baqgħet dieħla ġo faċċata ta’ ħanut.
Il-pulizija għadha ma identifikatx is-sewwieq u lanqas il-vettura li kienet misjuqa minnu.
L-inċident seħħ f’ Ħal Qormi għall-ħabta tas-7pm.