Ritratti: Jaħarqulu l-istatwa tad-Duluri

Edward Calleja beda jum il-Ħamis ix-Xirka fuq nota ħażina. Hekk kif għall-ħabta tas-2am ħarqulu statwa tal-Madonna tad-Duluri.
Huwa kien jarma l-Madonna fuq kolonan barra l-bieb.
Allegatament xi ħadd ħaraq il-kolonna b’konsegwenza li nħarqet l-istatwa u n-nar infirex ġewwa.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel irnexxielu jitfi n-nirien qabel ma waslu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Ritratt: Ian Spiteri