Jaħarbu għadd ta’ immigranti miċ-ċentru ta’ Ħal Far

REUTERS/Darrin Zammit Lupi

Read in English.

Għadd ta’ immigranti ħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far. Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern qal li l-Pulizija għaddejja bi tfittxija għall-immigranti li huma mis-Somalja.

Spjega li l-immigranti ħarġu mill-post fl-aħħar sigħat wara li sgassaw ħadid. It-tfittxija bdiet mal-mument li t-tmexxija taċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ntebħet b’dak li ġara u talbet minnufih il-koperazzjoni tal-pulizija u entitajiet oħra.