Jagredixxu familja u jitilgħulhom fuq is-saqaf tal-karozza

Żewġt'irġiel weġġgħu f'argument li nqala' fit-traffic lights barra Ta'Qali.
Sewwieq ta' 21 sena li miegħu kellu passiġġier fuq quddiem u mara u tarbija fuq wara, sfaw aggrediti minn żewġt'irġiel oħra li kienu fit-traffiku huma u ħerġin minn Ta'Qali.
Mhux eskluż li l-argument seta' kien relatat mal-partita bejn Valletta u Floriana li kienet għadha kemm intemmet ftit qabel.
Is-sewwieq safa' mkaxkar 'il barra mill-karozza u spiċċa aggredit mal-art. F'dak il-ħin, raġel ieħor li kien mal-grupp tal-agressuri, allegatament tela' fuq is-saqaf tal-karozza tal-vittmi u għamel il-ħsara mal-karozza.
Fi ftit tal-ħin l-agressuri ħarbu minn fuq il-post.
Il-passiġġieri u x-xufier tal-karozza li ġew aggrediti kellhom jingħataw il-kura fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana.

Ritratt: Media Police