Jagħżlu li jerġgħu jixtru mowbajl tal-istess kumpanija

Filwaqt li hu magħruf li dawk li jużaw iPhone huma leali lejn il-kumpanija Apple, qed tiżdied ukoll il-lealtà lejn il-kumpanija minn dawk li jużaw smartphone tat-tip Samsung.
Hu mifhum li tlieta minn kull erba’ persuni li jużaw iPhone, fl-Istati Uniti, fir-Renju Unit u fl-Awstralja aġġornaw billi xtraw mudell ieħor tal-kumpanija Apple.
58% ta’ dawk li jużaw mudell Samsung, xtraw mudell ieħor mill-istess kumpanija.
Bla ebda sorpriża, l-istħarriġ juri wkoll li dawk li kellhom mudell tal-kumpanija Blackberry kienu l-aktar li ma kienux leali.
Erbgħa minn kull ħamsa għażlu kumpanija oħra tal-ismartphones meta ġew biex jixtru mudell ġdid.