​Jagħżlu isem għall-Prinċep il-ġdid

It-tielet wild tal-Prinċep William u Kate Middleton se jissemma’ Louis Arthur Charles.
Kensington Palace ħabbar dan permezz ta’ Twitter. Louis huwa wieħed mill-ismijiet tal-Prinċep William.
B’mod uffiċjali, it-tifel se jissejjaħ il-Prinċep Louis ta’ Cambridge. U huwa l-ħames eredi għat-Tron.
Louis twieled nhar it-Tnejn li għadda f’St Mary’s Hospital f’Londra.