Jagħtuha €93 għax xebgħet tistenna tal-linja

Mara Ingliża li xebgħet tistenna l-karozzi tal-linja li jaslu tard, bagħtet kont ta’ €137 lill-kumpanija li ħallsitha €93.
Elizabeth Thomas ilmentat li minħabba d-dewmien biex jaslu tal-linja, ħliet kważi 12 il-siegħa tistenna għalxejn biex tmur ix-xogħol u tasal id-dar. Dan wassal biex kellha inqas ħin xi tqatta’ mat-tfal.
Il-mara, li hi omm ta’ żewġt itfal, ilmentat dwar servizz tal-linja li wasal tard 30 darba fi tliet snin.
L-omm ikkalkulat li l-ħin tagħha jiswa €12.22 s-siegħa u ppreżentat il-kont lill-kumpanija First Buses waqt laqgħa pubblika.
Il-kumpanija bagħtitilha lura biljetti ta’ ġurnata bil-valur totali ta’ €93.