Jagħtu snieter b’xejn biex inaqsu l-kriminalità

Grupp fl-Istati Uniti qed jippjana li jqassam snieter b’xejn lir-residenti ta’ Tucson f’Arizona. Dan qed isir bi sforz biex juru li iżjed armi tan-nar ifisser inqas kriminalità.

Il-proġett Armed Citizens Project, ibbażat fi Houston, Texas, ġabar madwar $12,000, biżżejjed biex jinxtraw 36 arma.

Dan il-grupp osserva attività illegali fi tliet lokalitajiet u se jibqa’ jagħmel dan biex ikun hemm moniteraġġ tar-rata ta’ kriminalità wara li jitqassmu s-snieter.

Dawn l-armi ġew magħżula minħabba li huma rħas u hemm ċans kbir li ma jinsterqux għax il-kriminali ma jriduhomx.