Filmat: Jagħtu n-nar lill-wied tal-Madliena għall-gost

Numru ta' żgħażagħ mhux magħrufa dehru jagħtu n-nar fil-wied tal-Madliena u jitilqu jiġru minn fuq il-post.
Persuni li kienu fuq il-post, tkellmu ma' Newsbook.com.mt u qalu li n-nar inxtered malajr kif jidher mill-filmat li ġibdu huma stess.
Jidher li n-nar tqabbad għall-ħabta tal-4:15 tal-bieraħ waranofsinhar.
Kelliem għall-Protezzjoni ċivili qal ma' Newsbook.com.mt li n-nar ta battikata mhux ħażin lill-ħaddiema tat-tifi tan-nar li rnexxielhom jitfu n-nirien għal kollox fis-6:00pm.
Minn informazzjoni li għandu dan is-sit, il-Pulizija ma sarilha l-ebda rapport dwar dan u ż-żgħażagħ baqgħu mhux magħrufa.

Jekk tiltaqa' ma' xi inċident ibgħatilna ritratti jew filmati fuq info@newsbook.com.mt