Jagħtu 1,789 siegħa leave lil min għandu bżonn

Luke Zerafa

Read in English.

Matul l-2019, il-ħaddiema fl-Ammnistrazzjoni Pubblika tal-Uffiċċju tal-President akkumulaw bejniethom 1,789 siegħa mil-leave tagħhom sabiex jintużaw għal raġunijiet umanitarji, fosthom f’każi ta’ mard serju jew fit-tul.

Il-President George Vella radd ħajr lil dawn il-ħaddiema għall-ġest altruwist li għamlu u ħeġġeġ biex aktar ħaddiema jieħdu dan l-eżempju u jagħtu l-leave lil min huwa aktar fil-bżonn. Apparti dan il-ġest, il-ħaddiema tal-Uffiċċju tal-President jagħtu l-impenn tagħhom lil Malta Community Chest Fund Foundation matul is-sena kollha b’ħidma wara l-ħin kif ukoll b’kontribut finanzjarju.

Is-Segretarja tal-Presidenza, Rosette Spiteri Cachia, uriet apprezzament għall-ammont kbir ta’ sigħat li ġew akkumulati minn dawn il-ħaddiema. Hija spjegat li bosta kienu dawk li taw siegħa jew aktar mil-leave li kien fadlilhom is-sena l-oħra u dawn imorru fil-Fond Ċentrali.