Jagħtihom ikla b’xejn b’rispett ta’ Graziella u Fallon

Is-sid ta’ restorant fil-Birgu li ħalla l-mejda li kienu bbukkjaw il-familja ta’ Fallon u Graziella rriservata għalihom fl-Għid il-Kbir, illum sid il-ħanut reġa’ għamel ġest ieħor ma’ din il-familja.

Ristorant fil-Birgu jżomm il-mejda għal Graziella u Fallon fl-Għid il-Kbir

Ir-raġel, it-tifla u n-neputi ta’ Graziella marru jieklu fir-restorant flimkien ma’ xi persuni oħra bħala ġest ta’ ringrazzjament ta’ dak li għamel fl-Għid il-Kbir b’rispett lejn il-familjari tagħhom. Wara li kieku marru biex iħallsu iżda sid il-ħanut minnufih irrifjuta. Apparti dan it-tifla tal-propjetarju tat fenek bil-gaġġa b’kollox lit-tifel. Bħala ġest ta’ ringrazzjament huma xtaqu jagħtu xi flus lill-ħaddiema iżda minflok reġgħu ngħataw lit-tifel.

Ir-raġel ta’ Graziella fuq Facebook rringrazzja lil sid il-ħanut u aktar tard it-tifla tiegħu qasmet din il-kitba fuq sid poplari fuq Facebook.

Graziella u Fallon Mallia huma ż-żewġ nisa li tilfu ħajjithom fl-inċident fatali li seħħ fl-Imġarr. Il-każ seħħ fl-14 t’April, bejn żewġ karozzi fi Triq l-Imġarr.

Jagħtihom ikla b’xejn b’rispett ta’ Graziella u Fallon