Jagħtih daqqa b’qasrija waqt il-festa tal-Birgu

Raġel daqqa qasrija festa Birgu

Raġel tressaq il-Qorti llum akkużat li weġġa’ gravi raġel ieħor li allegatament ħatfu minn għonqu billi tah daqqa ta’ qasrija. Dan waqt argument bejn iż-żewġt irġiel li jissapportjaw żewġ baned differenti.

Ir-raġel ta’ 40 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale akkużat li kkawża ġrieħi gravi, li attakka raġel, li heddu u li kiser il-paċi pubblika.

Fil-Qorti ħareġ li l-argument sakran beda lbieraħ għall-ħabta tas-1pm. L-akkużat qal li hu ta daqqa ta’ qasrija lir-raġel l-ieħor għax dan aggredieh billi ħatfu minn għonqu u sabbtu ma’ ħajt. Ir-raġel l-ieħor mistenni jitressaq il-Qorti separatament akkużat li kkawża ġrieħi ħfief.

Ir-raġel ingħata l-ħelsien proviżorju fuq il-kundizzjoni li jiffirma l-għassa darbtejn fil-ġimgħa u li jkun lura d-dar sas-7pm matul il-ġimgħa tal-festa. Intalab ukoll iħallas garanzija personali ta’ €5,000.