​Jagħti n-nar lis-saqqu u jkisser tieqa fiċ-ċella tiegħu

Raġel ġie akkużat li kisser tieqa u li ta n-nar lis-saqqu taċ-ċella li kien qed jinżamm fiha.
Ir-raġel li għandu 38 sena allegatament kisser it-tieqa ta’ ċella fl-Għassa ta’ San Pawl il-Baħar. Ipprova jaqta’ lilu nnifsu bil-ħġieġ. Hu kien ġie arrestat għax kien fis-sakra.
Permezz ta’ lighter qabbad is-saqqu taċ-ċella.
Ir-raġel ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.