Jagħti l-flus iż-żejda flok jittella’ l-Qorti u jitlef it-titjira

Raġel Taljan li kien tielaq minn Malta mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nstab li kellu €11,405 flus kontanti fuqu kellu jħallas il-flus żejda li kellu minħabba li l-limitu li tista’ ssifer bihom huwa ta’ €10,000.

Il-passiġġier qabel li jagħti l-flus iż-żejda minflok jittella’ l-Qorti u jitlef it-tijira li kellu.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li din hija t-tieni darba ntużat il-liġi sussidjarja minn meta ddaħħlet fis-seħħ biex persuni li jinqabdu li jkollhom anqas minn €20,000 fuqhom, ikunu jistgħu jnaqqsu l-flus flok jittellgħu l-Qorti.